Back to top

Miżuri ta' sikurezza ġodda għall-viżitaturi f'Dar l-Istorja Ewropea

Dar l-Istorja Ewropea hija parti mill-Parlament Ewropew, li japplika l-użu ta' maskri tal-wiċċ mediċi (l-hekk imsejħa maskri kirurġiċi, standard EN14683) jew maskri FFP2, mingħajr valv, fil-bini kollu tiegħu.  L-użu ta' maskri mediċi huwa rrakkomandat ħafna għall-viżitaturi li jidħlu fil-mużew.

BOOKINGS

Għandi bżonn nibbukkja minn qabel?

Iva, bħalissa l-viżitaturi kollha jeħtieġ li jibbukkjaw iż-żjara tagħhom minn qabel. Booking wieħed jista' jkopri wkoll lill-membri tal-unità domestika tal-viżitatur li jakkumpanjawh fil-mużew. Nitolbuk ġentilment li tasal fil-ħin stabbilit għalik, biex il-miżuri kollha tas-saħħa u s-sikurezza jkunu jistgħu jiġu rispettati.

Ma' min nista' nżur Dar l-Istorja Ewropea?

Għalissa, skont il-leġiżlazzjoni Belġjana attwali, il-mużew jista' jilqa' biss viżitaturi individwali, jew viżitaturi li jgħixu taħt l-istess saqaf. Il-gruppi mhumiex permessi.

Kif nista' nibbukkja żjara f'Dar l-Istorja Ewropea?

Iż-żjara tista' tiġi bbukkjata permezz ta' din il-link. Dan il-booking jista' jsir ukoll għal unità domestika, jiġifieri għal persuni li jgħixu taħt l-istess saqaf. Hemm slots disponibbli kull għaxra minuti.

Meta nista' nibbukkja żjara?

Is-slots huma disponibbli kull għaxra minuti matul il-ħinijiet tal-ftuħ. L-aħħar żjara hija fis-17.20.. Jekk ikun għad hemm postijiet, viżitaturi li ma jkunux ibbukkjaw minn qabel jistgħu jagħmlu dan meta jaslu fil-bieb tal-mużew, għas-slot ta' għaxra minuti wara.

Nuri l-booking kif nasal?

Il-viżitaturi jeħtieġ li jistampaw il-konferma tal-booking u jġibuha magħhom dakinhar taż-żjara, jew inkella juruha fuq l-apparat mobbli tagħhom.

 

L-ESPERJENZA TAL-VIŻITATURI

Kemm iddum iż-żjara?

Żjara f'Dar l-Istorja Ewropea tieħu madwar 90 minuta.

X'inhuma l-miżuri sanitarji meħuda mal-bieb?

Dar l-Istorja Ewropea tirrispetta għalkollox ir-rekwiżiti nazzjonali tas-saħħa pubblika matul din il-kriżi sanitarja.

Il-viżitaturi jeħtieġ li jġibu l-maskra tagħhom u jilbsuha matul iż-żjara. It-temperatura tal-ġisem tal-viżitaturi tiġi ċċekkjata permezz ta' scanner.

Viżitaturi b'temperatura tal-ġisem ogħla minn 37.7 °C ma jitħallewx jidħlu.

It-tfal taħt it-12-il sena għandhom bżonn jilbsu maskra?

Le, huwa rrakkomandat li t-tfal ta' aktar minn 12-il sena biss jilbsu maskra.

Żjarat bil-gwida huma disponibbli?

Le. Għal raġunijiet ta' sikurezza, iż-żjarat iggwidati mhumiex disponibbli.

Huma disponibbli żjarat bil-gwida, żjarat awtogwidati jew workshops għall-iskejjel?

Le. Għal raġunijiet ta' sikurezza, iż-żjarat bil-gwida u l-workshops għall-iskejjel mhumiex disponibbli.

Il-viżitaturi għadhom jistgħu jipparteċipaw fil-Lunch Tours ta' nhar ta' Tlieta?

Bħalissa m'aħniex qed noffru żjarat iggwidati għall-pubbliku. Għaldaqstant, mit-Tlieta 16 ta' Ġunju 2020 'l quddiem mhux se jkun hemm lunch tours.

X'inhuma r-regoli sanitarji għall-użu tat-tablet?

Dar l-Istorja Ewropea stabbiliet gwida awdjo alternattiva li tista' tintuża fuq l-apparat privat tiegħek, f'każ li ma tridx tuża t-tablet. Il-links issibhom f'kull waħda mill-paġni tal-Wirja Permanenti fuq is-sit tagħna.

Tirċievi t-tablet diżinfettat tiegħek fiż-żona tat-tablets (l-ewwel sular), bħas-soltu. Wara ż-żjara tiegħek tista' tagħti t-tablet tiegħek lura fis-sitt sular, fejn dan jiġi ddiżinfettat immedjatament mit-tim tagħna. It-tablet jiġi diżinfettat qabel u wara ż-żjara tiegħek.

Kemm għall-gwida awdjo kif ukoll għat-tablet, huwa rrakkomandat li ġġib l-earphones tiegħek.

Hemm mogħdija speċifika li għandi nsegwi fil-mużew?

Iva, bi qbil mal-leġiżlazzjoni Belġjana, il-viżitaturi jridu jsegwu passaġġ speċifiku fil-mużew kollu. Dan il-passaġġ se jkun f'direzzjoni waħda biss. Il-passaġġ se jkun indikat permezz ta' marki mal-art u pannelli.

 

GALLERIJI / SPAZJI

Nistgħu nagħmlu użu mit-tagħmir awdjoviżiv interattiv kollu li nsibu fil-galleriji?

Il-viżitaturi xorta jistgħu jużaw l-iskrins tattili interattivi. Dawn jiġu diżinfettati mit-tim tal-mużew fuq bażi regolari.

Għal raġunijiet ta' sikurezza, ir-rolodex fit-tielet sular ma jistax jintuża mill-viżitaturi.

L-Ispazji ta' Esplorazzjoni għall-Familji huma miftuħa għall-viżitaturi?

Le. Għal raġunijiet ta' sikurezza, iż-żoni kollha tal-Ispazji ta' Esplorazzjoni għall-Familji fil-mużew kollu huma magħluqa.

Għadhom possibbli l-attivitajiet fl-Ispazji ta' Esplorazzjoni għall-Familji?

Le. Għal raġunijiet ta' sikurezza, l-attivitajiet ta' nhar ta' Erbgħa u fi tmiem il-ġimgħa mhumiex possibbli, peress li ż-żoni kollha tal-Ispazji ta' Esplorazzjoni għall-Familji huma magħluqa għall-pubbliku.

 Il-viżitaturi jistgħu jżuru s-sulari kollha fil-mużew?

Iva. Il-viżitaturi jeħtiġilhom isegwu r-rotta obbligatorja assenjata. Din ir-rotta hija indikata mal-art.

 

TAGĦLIM U RIŻORSI GĦALL-FAMILJI

Il-viżitaturi xorta jistgħu jużaw il-ktejjeb u l-passaporti tal-Ispazji ta' Esplorazzjoni għall-Familji?

Le. Għal raġunijiet ta' sikurezza, il-viżitaturi ma jistgħux jużaw il-passaporti u l-ktejjeb tal-Ispazji ta' Esplorazzjoni għall-Familji għal raġunijiet ta' sikurezza.

Il-familji għadhom jistgħu jużaw il-backpacks tal-Ispazji ta' Esplorazzjoni għall-Familji?

Le, Għal raġunijiet ta' sikurezza, il-backpacks tal-Ispazji ta' Esplorazzjoni għall-Familji ma jistgħux jitqassmu lill-viżitaturi.

Hemm xi materjal informattiv stampat disponibbli?

Le. Għal raġunijiet ta' sikurezza, ma jistax jitqassam materjal stampat, madankollu għandek issib ħafna informazzjoni fuq is-sit web ta' Dar l-Istorja Ewropea: www.historia-europa.ep.eu

Qegħdin jitqassmu l-fuljetti bl-attivitajiet Sib, analizza & iddiskuti jew 12-il pass biex titgħallem dwar l-UE?

Le. Għal raġunijiet ta' sikurezza, bħalissa mhijiex permessa d-distribuzzjoni tal-fuljetti bl-attivitajiet.

Jekk il-viżitaturi jġibu l-kopji stampati tagħhom, jistgħu jużawhom fil-galleriji.

Qed jiġu mqassma Prof Packs għall-għalliema?

Le. Għal raġunijiet ta' sikurezza, bħalissa mhijiex permessa d-distribuzzjoni ta' Prof Packs.

Jeżisti aċċess għar-riżorsi tat-tagħlim?

Iva. Ir-riżorsi tat-tagħlim huma aċċessibbli fuq is-sit web: www.historia-europa.ep.eu fit-taqsima "Skopri". L-"attivitajiet għall-klassi tiegħek" online jippermettu lill-għalliema jiksbu aċċess għall-ħames riżorsi tematiċi: il-Kunflitt, id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Migrazzjoni, il-Komunikazzjoni u l-Identità. Il-materjal huwa disponibbli bl-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

 

MIŻURI TA' SIKUREZZA MINĦABBA L-COVID

Se jiġi installat Plexiglass f'ċerti żoni ta' ħafna kuntatt?

Iva, se jiġi installat Plexiglass f'ċerti żoni ta' ħafna kuntatt fil-mużew.

 

FAĊILITAJIET GĦALL-MISTEDNIN

Il-mużew għandu siġġijiet tar-roti disponibbli?

Iva, għandna żewġ siġġijiet tar-roti disponibbli.

Nistgħu nużaw il-liftijiet?

Il-viżitaturi jużaw it-taraġ ċentrali biex jitilgħu u t-taraġ ta' emerġenza biex jinżlu. Il-ħruġ isir mill-ħanut. Dan huwa konformi mal-mogħdija f'direzzjoni waħda.

L-użu tal-liftijiet huwa permess biss għall-viżitaturi b'mobbiltà mnaqqsa u għall-persunal tal-mużew.

Tista' ssir eċċezzjoni fil-każ ta' persuni li jkollhom bżonn jużaw il-kamra tal-banju b'mod urġenti.

Fejn nista' nħalli l-affarijiet personali tiegħi waqt iż-żjara?

Il-viżitaturi jistgħu jużaw il-vestitorju (mit-Tnejn 6 ta 'Settembru 2021' il quddiem). Il-kabinetti li jissakkru huma diżinfettati wara kull użu.

 

CAFE EUROPA

Café Europa se jkun miftuħ?

Café Europa bħalissa huwa magħluq sakemm jingħata avviż ieħor.

Żewġ magni tal-bejgħ u funtana tal-ilma ġew miżjuda fil-livell tal-art qabel ma ħarġu mill-mużew.

 

Brussels Health Safety Label