Back to top

L-istorja wara l-poster: "Xejn ma jbeżża' aktar mis-setgħa bla limitu f'idejn raġel limitat"

F'Jum il-Park Leopold, fl-10 ta' Settembru 2022, Dar l-Istorja Ewropea organizzat żjarat iggwidati tal-wirja temporanja bl-isem ta' Meta l-Ħitan Jitkellmu!, immexxija minn artisti mill-Ukrajna, ir-Rumanija u s-Slovenja, li kienu involuti fil-ħolqien tax-xogħlijiet tal-arti. Aqra l-istorja wara l-poster tagħhom.

Ta' Zakentiy Horobyov, disinjatur grafiku, tipografu u illustratur, Kiev, l-Ukrajna

Dan ix-xogħol inħoloq wara li bdiet il-gwerra fuq skala sħiħa fl-Ukrajna. Il-bini tiegħi fih 35 sular; wara l-gwerra, kważi ħadd ma baqa' hemm. Pereżempju jien kont l-uniku wieħed li bqajt fis-sular tiegħi.

Il-familja tiegħi u jien iddeċidejna li ma nitilqux. Għax konna diġà tlifna dar. Għalina u għat-8 miljun ruħ li kienu jgħixu fir-reġjuni ta' Luhansk u Donetsk il-gwerra bdiet fl-2014. Allura jien bqajt hawn.

Ħsibt dwar kif nista' ngħin f'din is-sitwazzjoni. U ddeċidejt li nagħmel posters li jgħinu lin-nies iħarsu lejn is-sitwazzjoni b'mod aktar pożittiv, biex infakkarhom li qegħdin ħafna u qed niqfulhom. Mhux biss fuq il-front, iżda wkoll minn wara l-kwinti, mhux biss bl-armi iżda wkoll bl-arti! Fi kiem il-filosfu René Descartes: jekk kapaċi nsawwar tifsir, allura neżisti. U m'iniex waħdi għax niesi jitkellmu permezz tiegħi.

Għandna frażi: il-kuruna qed tgħattilna għajnejna? Jgħidu dan meta xi ħadd jagħmel pass żejjed, iġib ruħu ħażin, u jinjora lill-oħrajn. Jista' jidher li l-figura ċentrali fil-poster hija xi persuna astratta, iżda huwa Putin impenġi. Il-figura griża żgħira hija rasterizzata bħal gazzetta għax, bħal kwalunkwe dittatur, maqtugħ mid-dinja u mill-ħajja umana.

Jgħix fl-illużjoni tal-impunità tiegħu. Jemmen li qatt ma jagħmel xejn ħażin, minkejja l-imwiet u d-destin meqrud tan-nies. Jimxi fuq il-prinċipji ta' ħalliel meskin, u fil-fehma tiegħu l-ugwaljanza tfisser dgħufija. L-impunità u l-isfond tal-KGB jagħmlu lil Putin jidher bħal tirann f'illużjoni, li jaħseb li jista' jagħmel kulma jrid bid-dinja tagħna.

It-test għall-poster – "Xejn ma jbeżża' aktar mis-setgħa bla limitu f'idejn raġel limitat" – sibnieh fuq Facebook. Din kwotazzjoni misluta mill-poeta nattiv Ukren Vasyl Symonenko. Naturalment, il-frażi hija filosofika, iżda tolqot il-musmar fuq rasu. Vasyl Symonenko nqatel mill-pulizija fl-età ta' 28 sena. Ħadd qatt ma ġie kkastigat għal dan.

Poster: "Xejn ma jbeżża' aktar mis-setgħa bla limitu f'idejn raġel limitat", Zakentiy Horobyov, 2022

Poster - President with crown of words
People in museum listening to artist