Back to top

Ewropa bil-fruntieri?

Bħala parti mill-inizjattiva tagħna #MakeCovidHistory, qed niġbru messaġġi dwar in-nostalġija u s-solitudni li tfaċċaw tul il-fruntieri l-antiki.

Fl-20 ta' Marzu 2020 saret azzjoni spontanja tul il-fruntiera bejn il-Polonja u ċ-Ċekja. L-ibliet ta' Cieszyn u Český Těšín, li normalment imissu ma' xulxin permezz ta' pontijiet fuq ix-xmara Olza, ġew imblukkati mill-kontrolli fil-fruntieri. F'daqqa waħda, il-familji, il-ħbieb u l-kollegi sabu ruħhom mifrudin.

B'reazzjoni għal dan, grupp ta' abitanti Pollakki għamel strixxun ta' tmien metri b'kitba biċ-Ċek: "Stýská se mi po tobě Čechu" ("Nimmissjak, Ċek!").

Bi tweġiba, iċ-Ċeki fuq in-naħa l-oħra tal-fruntiera dakinhar stess għamlu strixxun bil-kliem: "I ja za tobą Polaku" ("Nimmissjak ukoll, Pollakk!").

L-għada filgħodu żdied strixxun ieħor biċ-Ċek fuq in-naħa Ċeka: "Chybíte nám Poláci!" ("Nimmissjawkom, Pollakki!").

Agħfas hawn biex tkompli taqra dwar Make Covid History

Ritratt: Stefan Manka, Cieszyn, il-Polonja

GALLERY