Back to top

Bejn Awtorità u Djalogu: L-isfidi għal Dar l-Istorja Ewropea

Christine Dupont
Studju
21 Settembru 2020
Numru ta' paġni: 14

Fl-4 ta' Mejju 2017, Dar l-Istorja Ewropea (HEH) fetħet il-bibien tagħha għall-pubbliku fil-qalba tal-kwartier Ewropew fi Brussell. Diġà nkiteb ħafna biex jiġi deskritt dan il-mużew iddedikat għall-istorja tal-Ewropa u għall-isfidi multipli li ffaċċja u li għadu qed jiffaċċja. Madankollu, s'issa qatt ma ġie ppubblikat xejn dwar il-mod kif il-mużew huwa perċepit mill-493,722 viżitatur li żaruh sa mill-ftuħ tiegħu.

Formati u lingwi disponibbli
DESKRIZZJONI

Dan il-kapitolu huwa bbażat fuq ġabra żgħira iżda sinifikanti ta' kummenti li l-mużew irċieva minn mindu nfetaħ. Dawn jinkludu risponsi minn akkademiċi u min-naħa tal-midja kif ukoll xi reazzjonijiet li ntlaqgħu direttament mill-viżitaturi matul iż-żjarat iggwidati madwar il-galleriji. L-Artikolu se jagħmel riflessjonijiet fuq l-approċċ globali tal-mużew u fuq l-isfidi li jiffaċċja bħala istituzzjoni pubblika ddedikata għall-istorja. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-mużew bħala komunikatur waħdieni, bil-mezzi tiegħu stess ta' espressjoni u ta' komunikazzjoni. Il-linja narrattiva, id-disinn tal-galleriji, il-kollezzjoni u l-interazzjoni mal-viżitaturi lkoll se jservu bħala lentijiet li minnhom jiġu analizzati wħud mill-kwistjonijiet ewlenin li jiffaċċja dan il-mużew affaxxinanti iżda fl-istess ħin kumpless.

© 2020 Walter de Gruyter GmbH, Kreditu Berlin/BostonImage: Paul Ashton