Back to top
PRENOTAZZJONIJIET

Dar l-Istorja Ewropea hija maħsuba għall-Ewropej minn kull rokna tal-kontinent u ta' kull età u livell ta' edukazzjoni.

Tablet interattiva b'awdjo, testi u filmati dwar il-mużew u l-wirja permanenti hija disponibbli b'kull waħda mill-24 lingwa tal-UE. Il-kontenut tat-tablet jista' jiġi adattat bi spjegazzjonijiet speċjali għall-istudenti u t-tfal.

Tista' wkoll tisma' l-gwida bl-awdjo fuq l-apparat tiegħek permezz ta' Soundcloud. Il-links issibhom f'kull waħda mill-paġni tal-Wirja Permanenti fuq is-sit tagħna.

Gruppi ta' 10 persuni jew aktar jeħtieġu jibbukkjaw iż-żjara tagħhom minn qabel.

Nitolbuk ġentilment li tasal fil-ħin stabbilit għalik, biex il-miżuri kollha tas-saħħa u s-sikurezza jkunu jistgħu jiġu rispettati

------------------------

Dar l-Istorja Ewropea ngħatat il-"Brussels Health Safety Label" għall-miżuri l-ġodda implimentati fil-mużew mindu reġa' fetaħ.

Brussels Health Safety Label