Back to top
'Kamra tal-"Yuppies" (snin tmenin),
Tinker Imagineers, Utrecht, in-Netherlands

Il-professjonisti urbani żgħażagħ – yuppies – kienu r-"rebbieħa" tal-irkupru ekonomiku tat-tmeninijiet, u wrew is-suċċess tagħhom f'kull qasam ta' ħajjithom. Il-video tal-mużika, iperviżiv u kummerċjali, enfasizza ż-żieda fl-internazzjonaliżmu u fl-importanza mogħtija lid-dehra ta' persuna tal-kultura taż-żgħażagħ. Sal-bidu tad-disgħinijiet, il-mobbiltà fl-edukazzjoni u fl-impjiegi, flimkien ma' standards tal-għajxien jitjiebu u mat-tmiem tad-diviżjoni politika, ħolqot immaġni taż-żgħażagħ Ewropej li kienet kemm kożmopolita kif ukoll waħda li tħares 'il barra.