Back to top
"Tama fraġli", Is-serrieq li salva l-ħajja ta' Kokk, wieħed mill-Forest Brothers
Unjoni Sovjetika (Estonja), 1944-1949
Eesti Rahva Muuseum, Tartu, Estonja

Sfortunatament, it-tmiem tal-gwerra mhux dejjem kien ifisser it-tmiem tal-vjolenza u l-paċi għal kulħadd. Il-kunflitti fil-forma ta' gwerer u movimenti ta' oppożizzjoni komplew f'ħafna pajjiżi. Minflok ma gawdew il-libertà li tant kienu ilhom jixtiequ, iż-żgħażagħ reġgħu ntlaqtu mill-vjolenza u minn kastigi ħorox. F'reġimi Komunisti li kienu għadhom kif ġew stabbiliti fl-Ewropa tal-Lvant, iż-żgħażagħ issieħbu f'għadd ta' movimenti ta' reżistenza, kemm paċifiċi kif ukoll armati.

Kien qed iġorr is-serrieq fuq dahru waqt attakk għal għarrieda. Kokk intlaqat, iżda s-serrieq waqqaf il-bullet u ma ġralu xejn. Madankollu, fl-1949 Kokk ġie ddeportat fis-Siberja, fejn miet.