Back to top
Arblu bil-barbed wire
Fil-fruntiera bejn l-Awstrija u l-Ungerija, l-erbgħinijiet/il-ħamsinijiet
Injam, wajer tal-metall
Haus der Geschichte der Bundesrepublik Deutschland, Bonn, il-Ġermanja

Fi ftit xhur, il-popli tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant kienu taw daqqa qawwija, daqqa li fl-aħħar mill-aħħar kellha tkun fatali, lir-reġimi li kienu ħakmuhom għal għexieren ta' snin. Wieħed wara l-ieħor, ir-reġimi waqgħu bħal dominoes u l-Purtiera tal-Ħadid, simbolu ta' kontinent maqsum, sparixxiet.