Back to top
©

Il-COVID-19: infodemija

Bħalma stqarret l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa: "It-tifqigħa tal-2019-nCoV u r-rispons għaliha kienu akkumpanjati minn "infodemija" massiċċa – abbundanza eċċessiva ta' informazzjoni – xi ftit minnha preċiża u oħra le – li tagħmilha diffiċli għan-nies isibu sorsi u gwida affidabbli meta jkollhom bżonn."

Iżda x'inhi "infodemija" u kif inhi relatata mal-pandemija tal-COVID-19? F'din l-intervista, Alexandre Alaphilippe mill-EU DisinfoLab jiddiskuti l-asimmetrija tal-informazzjoni, id-diżinformazzjoni u t-teoriji tal-komplott marbuta mat-tifqigħa tal-coronavirus. Huwa jiddeskrivi l-impatt sussegwenti fuq is-soċjetajiet u l-midja u x'nistgħu nagħmlu biex innaqqsu t-tixrid tal-infodemija.