Back to top
© Dar l-Istorja Ewropea, il-Belġju

Poster li jispjega l-każ ta' Dreyfus fl-"Histoire d'un traître" ("Storja ta' traditur") - Franza, 1899

Fl-1894 instab dokument li fih kien qed jiġi offrut il-bejgħ ta' sigrieti militari Franċiżi lill-Ġermanja. Ir-reat ma setax jibqa' bla kastig. Inbena każ ta' malajr kontra Alfred Dreyfus, l-uniku uffiċjal Lhudi fil-persunal ġenerali tal-armata Franċiża. Abbażi ta' dokumenti ffalsifikati, "dossier sigriet" u "opinjonijiet esperti" mġebbdin, Dreyfus instab ħati ta' tradiment u ġie kkundannat għal degradazzjoni militari u deportazzjoni permanenti. Il-"każ ta' Dreyfus" qasam lil Franza, xewwex l-antisemitiżmu u kixef kemm kien faċli tisfrutta l-preġudizzji tas-sistema ġudizzjarja.