
© Nationaal Museum van Wereldculturen, in-Netherlands
Figura ta' ningyo, il-"ħuta umana" - Il-Ġappun, 1800-1823
Il-kartografi u l-kittieba sikwit kienu jakkumpanjaw ix-xogħlijiet tagħhom bi stampi ta' mostri tal-baħar u kreaturi fantastiċi li allegatament kienu jidhru lill-baħrin jew saħansitra jattakkawhom. Anke Kristofru Kolombu kien qal li ra tliet sireni, "mhux ħelwin daqskemm jidhru fl-istampi". Fis-seklu 19, "sireni" Ġappuniżi kienu għadhom jintwerew fil-kmamar tal-kurjożità u f'mużewijiet fl-Ewropa u fl-Amerka. Fil-kultura Ġappuniża kienu jemmu li n-ningyo kellhom ħiliet mistiċi. Papier mâché u qoton fuq qafas tal-injam, komplut bl-intestini (tal-ifrat), xagħar tal-bniedem, partijiet minn xedaq ta' kelb il-baħar u ġilda tal-ħut.