
© Fondazione Musei Civici di Venezia, Italy
Ras tal-irħam tal-Imperatur Geta vandalizzata bi skarpell wara l-att ta' damnatio memoriae - L-Imperu Ruman, madwar is-sena 200 w.K.
Il-quċċata tal-glorja għal imperatur Ruman, ħerqan li jikkombina r-reliġjon u l-poter politiku, kienet id-deifikazzjoni – li jsir divin u immortali. Min-naħa l-oħra, il-kastig aħħari kien li ismu jitħassar bil-forza mill-istorja. It-terminu damnatio memoriae nħoloq fl-era moderna biex jiddeskrivi din il-prattika. Dawk ikkundannati tħassru mir-rekords, it-testmenti tagħhom ġew annullati u x-xbihat tagħhom inqerdu. Fil-każ ta' Geta – li nqatel fuq ordni ta' ħuh u tal-koimperatur Caracalla – kien biżżejjed li ssemmi ismu biex tingħata l-piena tal-mewt.