Back to top
© Sakari Kiuru, Aġenzija Finlandiża tal-Wirt

Minkejja l-coronavirus, l-organizzazzjoni Hurstin apu ("Hursti Aid") qassmet ikel lil persuni foqra u żvantaġġati fid-distrett ta' Kallio ġewwa Helsinki, 17 ta' April 2020. Minħabba l-lockdown, ma ntużawx aktar il-kjuwijiet iżda l-ikel tqassam meta n-nies ġew għalih. Il-karità tqassam pakketti ta' ikel u ħwejjeġ matul is-sena kollha lil dawk li għandhom bżonnhom u torganizza diversi avvenimenti.