
Ġagagi protettivi magħmula mill-voluntiera, Madrid, Spanja, Marzu-Mejju 2020 © Susana Molinero, Madrid
Il-ħaddiema mediċi u professjonisti oħra, bħall-carers fid-djar tal-kura, kienu qed iħabbtu wiċċhom ma' nuqqas ta' ġagagi protettivi. Persuni bil-ħiliet meħtieġa offrew l-għajnuna tagħhom u sikwit irnexxielhom jipproduċu kwantitajiet kbar ta' ħwejjeġ bħal dawn.
F'Madrid, grupp ta' voluntiera organizzaw ruħhom u bdew iħitu l-ġagagi protettivi. Ħafna individwi, ħafna minnhom anzjani, li kellhom magna tal-ħjata d-dar, taw daqqa t'id ukoll. Huma kkoordinaw il-produzzjoni u qassmu l-ġagagi b'logo ta' qalb lill-isptarijiet, l-għases tal-pulizija, il-ħaddiema tat-tifi tan-nar jew il-persunal tal-amministrazzjoni pubblika.
Mogħtija lil Dar l-Istorja Ewropea, Brussell.