Back to top
Umbrella li ntużat fil-protesti kontra l-votazzjoni fuq liġi kontra l-abort, Szczecin, il-Polonja, April 2020

F'April 2020, fil-Polonja kienet se ssir votazzjoni dwar liġi li kellha tagħmel l-abort u l-edukazzjoni sesswali illegali. L-umbrelel suwed, li kienu saru s-simbolu tal-ġlieda favur il-ħarsien tad-drittijiet tan-nisa fil-Polonja, ma setgħux jintużaw fi protesti fiżiċi. Minflok, id-dimostranti ngħaqdu bl-umbrelel f'idejhom fi kju f'supermarket, li kien l-uniku spazju pubbliku disponibbli għal diversi persuni fl-istess waqt. Dimostranti oħra ħarġu kartelluni u umbrelel suwed fil-gallariji u fit-twieqi tagħhom. Finalment, il-votazzjoni dwar il-liġi kontra l-abort ġiet posposta.

Mogħtija lil Dar l-Istorja Ewropea, Brussell.