Back to top
F'dan il-filmat, Gruia Bădescu, riċerkatur fl-Università ta' Konstanz, jiddokumenta r-realtà l-ġdida ta' belt li qed tgħix mal-fruntiera l-ġdida.

F'nofs Marzu 2020 tfaċċa ċint għoli tal-ħadid li fired l-ispazju aħdar miftuħ maġenb il-lag bejn il-belt Ġermaniża ta' Konstanz u l-belt Żvizzera ta' Kreuzlingen. Ftit wara saret protesta siekta kontra l-għeluq tal-fruntiera. L-organizzaturi stiednu lil kull min intlaqat mill-miżura jew xtaq jipparteċipa b'solidarjetà biex jaħsbu f'xi ħaġa li setgħu jġibu magħhom: ritratt, ittra, katnazz, jew kwalunkwe ħaġa kreattiva oħra. L-istedina kienet tgħid: "Ġibu biss affarijiet pożittivi. L-ebda provokazzjoni u l-ebda żibel".