Kwistjonijiet prattiċi
Aqra l-miżuri l-ġodda dwar is-sikurezza.
It-Tnejn 13:00 - 18:00, mit-Tlieta sal-Ġimgħa 09:00 - 18:00, is-Sibt u l-Ħadd 10:00 - 18:00
Il-mużew ikun magħluq f'dawn id-dati: l-1 ta' Jannar, l-1 ta' Mejju, l-1 ta' Novembru, l-24, il-25 u l-31 ta' Diċembru
L-indirizz tagħna huwa: Rue Belliard / Belliardstraat 135, 1000 Bruxelles / Brussel, Il-Belġju
+32 2 283 1220
House of European History, European Parliament, Rue Wiertz 60, 1047 Brussels.
Id-dħul huwa b'xejn.
Iva, nitolbu lill-viżitaturi kollha jgħaddu l-basktijiet tagħhom minn skanner u jgħaddu huma stess minn kanċell tas-sigurtà. Il-viżitaturi għandu jkollhom fuqhom xi forma ta' identifikazzjoni. Filmat informattiv jispjega wkoll il-proċedura ta' sigurtà.
Bħalissa m'hemmx post apposta għar-roti barra Dar l-Istorja Ewropea.
Bejn wieħed u ieħor 90 minuta.
Backpacks, ikel u xorb mhumiex permessi, u għandhom jinżammu fil-kompartimenti apposta.
Bħalissa dan mhuwiex possibbli.
Malli jaslu, il-viżitaturi jingħataw tablet interattiv li jkun fih il-materjal b'24 lingwa, li jservihom ta' gwida tul iż-żjara, b'kontenut awdjo, testwali u vidjo għall-Wirja Permanenti. Kull tablet jista' jiġi adattat b'siltiet speċjali għall-istudenti u t-tfal, u hemm ukoll softwer ta' awdjo awmentat għal viżitaturi bi ħtiġijiet speċjali tas-smigħ. Hemm disponibbli wkoll fuljett stampat, ktieb ta' gwida (bi ħlas) u materjal intiż għall-familji.
Nirrakkomandaw li l-età minima għall-viżitaturi tfal tkun ta' sitt snin. Il-ġenituri jistgħu jħossu li ċerti aspetti tal-wirja permanenti huma adatti biss għat-tfal li jkollhom aktar minn ħdax-il sena.
1. It-tfal kollha taħt l-età ta' 14-il sena jridu jkunu akkumpanjati minn adult li jkun responsabbli għalihom tul iż-żjara tagħhom f'Dar l-Istorja Ewropea.
2. Gruppi ta' tfal jew tal-iskola jridu jinkludu tal-anqas akkumpanjatur adult wieħed għal kull:
- ħamest itfal taħt l-età ta' 6 snin jew ħamest itfal fi klassijiet preskolastiċi;
- għaxart itfal ta' etajiet bejn 6 snin u 14-il sena;
- ħmistax-il student ta' etajiet minn 14-il sena ‘l fuq.
3. Akkumpanjaturi adulti jridu jibqgħu mal-grupp tagħhom tul iż-żjara kollha.
4. It-tfal kollha li ma jkunux jistgħu jsibu l-akkumpanjatur adult tagħhom jittieħdu minn membru tal-persunal ta' Dar l-Istorja Ewropea lejn l-uffiċċju ta' akkoljenza, minn fejn isir avviż li jitlob lill-akkumpanjatur adult biex jiġi jiġborhom.
5. Il-Parlament Ewropew ma jaċċetta l-ebda responsabbiltà għal aċċidenti li jġarrbu tfal mhux akkumpanjati.
Fil-mużew jistgħu jittieħdu ritratti b'angolu wiesa', ħlief fiż-żoni ta' dħul u ta' sigurtà. Ċerti oġġetti u vetrini huma mmarkati b'simboli ta' "ebda fotografija" minħabba kriterji ta' konservazzjoni jew minħabba kriterji ta' drittijiet tal-awtur mill-mużew li jkun sellef l-oġġett. Il-fotografija bl-użu tal-flash mhijiex permessa. Nitolbuk tinnota li r-riproduzzjoni ta' immaġni ta' oġġetti għal użu professjonali tista' tkun tirrikjedi l-inklużjoni ta' kreditu tad-drittijiet tal-awtur. Għal aktar informazzjoni nitolbuk tikkuntattjana fuq dan l-email: historia-press@europarl.europa.eu
Faċilitajiet
Dawn il-faċilitajiet jinsabu fl-ispazju tal-ilqugħ ħdejn id-daħla fil-pjan terren.
Iva, fid-daħla fil-pjan terren.
Il-faċilitajiet u l-attivitajiet kollha tagħna huma kompletament aċċessibbli għall-viżitaturi b'mobilità mnaqqsa u bi bżonnijiet speċjali, inklużi l-persuni li jużaw siġġu tar-roti. Għal viżitaturi b'nuqqas ta' smigħ, fit-tablets provduti jidhru sottotitoli jew deskrizzjonijiet miktuba tan-narrattivi tal-filmati.
Għandna żewġ siġġijiet tar-roti disponibbli għas-self - għal prenotazzjoni uża l-formola ta' kuntatt. Madankollu nirrakomandaw li l-viżitaturi jġibu s-siġġu tar-roti tagħhom magħhom, minħabba li d-domanda hija kbira.
Iva — ikkuntattja lill-operatur tal-kafetterija permezz tal-link għall-formola ta' kuntatt.
Is-sit web tal-kafetterija fih informazzjoni dwar ir-restrizzjonijiet tad-dieta. Għal aktar mistoqsijiet, uża l-formola ta' kuntatt.
Wara ż-żjara tiegħek
Jekk jogħġbok uża l-formola ta' kuntatt biex issaqsi dwar oġġetti mitlufa.
Ix-xiri ta' oġġetti mill-mużew jista' jsir biss fil-post.
L-aħħar aħbarijiet tal-mużew issibhom fit-taqsima "Taħt il-Lenti" tas-sit web tagħna, kif ukoll fuq Facebook u Twitter.
Sit web u midja soċjali
Nitolbuk tikkuntattjana fuq dan l-email: historia-webmaster@europarl.europa.eu
Mistoqsijiet marbuta mal-edukazzjoni u t-tagħlim
Jekk jogħġbok ara t-taqsima speċifika "Mistoqsijiet frekwenti għall-edukaturi".
Żjarat fi gruppi
Din il-prenotazzjoni hija obbligatorja minħabba r-regolamenti tas-sigurtà. Mingħajrha, jista' jiġri li gruppi ta' 10 min-nies jintalbu jistennew sakemm ikun hemm biżżejjed spazju fil-mużew biex jidħlu.
Tirċievi email ta' konferma.
Bejn wieħed u ieħor 90 minuta.
Malli jaslu, il-viżitaturi jingħataw tablet interattiv li jkun fih il-materjal b'24 lingwa, li jservihom ta' gwida tul iż-żjara, b'kontenut awdjo, testwali u vidjo għall-Wirja Permanenti. Kull tablet jista' jiġi adattat b'siltiet speċjali għall-istudenti u t-tfal, u hemm ukoll softwer ta' awdjo awmentat għal viżitaturi bi ħtiġijiet speċjali tas-smigħ. M'hemm l-ebda gwida awdjo għall-Wirja Temporanja, għalkemm huma disponibbli fuljett u katalogu (bi ħlas).
Nixtiequ ninfurmaw li l-istess organizzazzjoni ma tistax tipprenota diversi ħinijiet f'perjodu ta' ġimgħa waħda. Jekk tixtieq tipprenota diversi ħinijiet, jekk jogħġbok ikkuntattjana biex nikkjarifikaw il-ħtiġijiet tiegħek f'dan ir-rigward.
Wirjiet u kontenuti
Bħalissa m'għandniex faċilitajiet għar-riċerka. Fil-futur jista' jkun hemm opportunitajiet għar-riċerka permezz ta' sħubijiet u sessjonijiet ta' ħidma.
Id-dritt tal-awtur għall-maġġoranza tal-immaġnijiet jappartjeni lil partijiet esterni. Ikollok bżonn tagħmel kuntatt direttament mad-detentur tad-drittijiet tal-awtur.
Il-Wirjiet Temporanji jdumu madwar sena.
Internships
L-informazzjoni kollha dwar it-traineeships tinsab fuq is-sit web tal-Parlament Ewropew.