Back to top

INFORMAZZJONI ĠENERALI

 

    ĦINIJIET TAL-FTUĦ

    Dar l-Istorja Ewropea tiftaħ kuljum.

    It-Tnejn13:00 - 18:00
    It-Tlieta  -  Il-Ġimgħa09:00 - 18:00
    Is-Sibt  -  Il-Ħadd10:00 - 18:00

    L-aħħar dħul huwa fis-17:30

    VJAĠĠI U TKEJL

    Dar l-Istorja Ewropea se tkun magħluqa fil-btajjel li ġejjin:

    l-1 ta' Jannar
    l-1 ta' Mejju
    l-1 ta' Novembru
    l-24, il-25 u l-31 ta' Diċembru

     

    APPOĠĠ GĦAŻ-ŻJARA TIEGĦEK

    Sabiex ikollok esperjenza sikura u pjaċevoli f'Dar l-Istorja Ewropea, jekk jogħġbok aqra l-informazzjoni li ġejja hawn taħt. Nistennew bil-ħerqa li nilqgħuk!

    Tista' tesperjenza Dar l-Istorja Ewropea b'kull waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE. Dan isir permezz ta' tablets li jipprovdu gwida interattiva għall-mużew u jistgħu jiġu kkonfigurati skont il-preferenza tal-lingwa.

    • Id-dħul fil-mużew u l-attivitajiet tiegħu huma bla ħlas.
    • Kull tablet jista' jiġi adattat b'siltiet speċjali għall-istudenti u t-tfal, u hemm ukoll softwer ta' awdjo awmentat għal viżitaturi bi ħtiġijiet speċjali tas-smigħ. Il-persunal huwa disponibbli f'kull livell f'każ li jkollok bżonn l-għajnuna.
    • Barra minn hekk, fl-ispazju tad-daħla għal Dar l-Istorja Ewropa ssib fuljett stampat b'sommarju qasir tal-Wirja Permanenti, u tista' wkoll tniżżlu minn qabel elettronikament. Tista' tniżżel ukoll ktieb ta' gwida aktar dettaljat, u dan il-ktieb tista' wkoll tixtrih fil-post.
    • Żjara f'Dar l-Istorja Ewropea tieħu madwar 90 minuta.
    • Gruppi ta' 10 persuni jew aktar jeħtieġu jibbukkjaw iż-żjara tagħhom minn qabel.
    • Jekk jogħġbok innota li l-mużew huwa tipikament aktar mimli waranofsinhar. Il-viżitaturi jistgħu jħossuhom aktar komdi u jkollhom aktar spazju biex jesploraw il-mużew fil-ħinijiet tal-ftuħ ta' filgħodu.
    • Il-viżitaturi u l-basktijiet kollha jistgħu jsirulhom kontrolli tas-sigurtà bħalma jsiru fl-ajruporti qabel ma jitħallew jidħlu. L-armi tan-nar, is-sustanzi splussivi jew fjammabbli, l-isprays tal-bżar, oġġetti li jaqtgħu u oġġetti oħra li jistgħu jitqiesu bħala armi huma pprojbiti. Skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali Belġjana, ċerti oġġetti pprojbiti jistgħu jingħataw lill-pulizija. Jista' jintalab dokument tal-identità validu (karta tal-identità, passaport jew liċenzja tas-sewqan) sabiex jinkiseb aċċess għal Dar l-Istorja Ewropea.
    • Il-fotografija u l-iffilmjar huma pprojbiti fiż-żoni ta' sigurtà.
    • Huma biss il-gwidi awtorizzati minn Dar l-Istorja Ewropea li huma permessi jmexxu l-gruppi fil-bini.
    • Għal raġunijiet ta' konservazzjoni tal-mużew, fis-swali tal-wiri tagħna nużaw l-arja kkundizzjonata biex it-temperatura tinżamm taħt l-20 grad. Ara li l-ilbies li jkollok fuqek ikun biżżejjed għal dan l-ambjent aktar frisk, partikolarment jekk it-temperatura ta' barra tkun għolja.
    • L-indirizz taż-żjara tal-mużew huwa: Dar l-Istorja Ewropea, Rue Belliard 135.
    • L-indirizz postali tal-mużew huwa: Dar l-Istorja Ewropea, Parlament Ewropew, Rue Wiertz 60, 1047 Brussell.

     

    Kamra ta 'l-Istorja Ewropea pillola f'24 lingwa

    FAĊILITAJIET

    Dar l-Istorja Ewropea fiha kabinetti li jissakkru, u hemm vestjarju u faċilitajiet fejn dak lli jkun jista' jbiddel lit-trabi.

    Restorant tal-mużew tas-Simbolu
    Xorb tas-simbolu tal-mużew
    Siġra tal-kamra tal-kamra tal-mużewijiet

    MUŻEW GĦAL KULĦADD

    Dar l-Istorja Ewropea hija mużew għal kulħadd. Il-faċilitajiet u l-attivitajiet kollha tagħna huma aċċessibbli għal min juża s-siġġu tar-roti. Il-fatt li naħdmu flimkien ma' gruppi u komunitajiet differenti jirrappreżenta aspett fundamentali tal-attivitajiet tal-mużew. L-għan tagħna hu li nilħqu lil nies straordinarji kemm fil-qrib kif ukoll fil-bogħod bis-saħħa ta' żjajjar imfasslin apposta u programmi speċifiċi. Toqgħodx lura milli tibagħtilna t-talbiet speċifiċi tiegħek; aħna nagħmlu ħilitna kollha biex il-mużew tagħna nagħmluh aktar aċċessibbli. historia-learning@europarl.europa.eu

    Aċċess għas-siġġijiet tar-roti Symbol
    Symbol headphones torox
    Cloakroom tad-Dar tal-Istorja Ewropea

    KIF TASAL HAWN

    (Telefon: +32 2 283 1220)

    Rue Belliard / Belliardstraat 135, 1000 Brussell, Il-Belġju

    L-indirizz postali huwa: House of European History, European Parliament, Rue Wiertz 60, 1047 Brussels.

     

    Get here by train

    FERROVIJA

    L-istazzjon "Bruxelles-Luxembourg" jinsab 700 m 'l bogħod minn Dar l-Istorja Ewropea.
    Il-ferroviji Belġjani

    Get here by bus

    TAL-LINJA

    In-numri 22, 27, 34, 38, 64, 80 u 95 kollha jieqfu Place du Luxembourg, 600 m 'l bogħod minn Dar l-Istorja Ewropea.
    In-numri 12 u 21 iwassluk ukoll l-Ajruport ta' Brussell.

    Get here by metro

    METRO

    L-eqreb waqfiet huma Maelbeek u Schuman fuq il-linji 1 u 5, u Trône fuq il-linji 2 u 6.
    It-trasport pubbliku fi Brussell

    Ix-xarabank tat-trasport pubbliku STIB Brussell L-Istorja Ewropea tad-Dar
    Get here by car

    BIL-KAROZZA

    Parkeġġ għall-persuni b'mobbilità mnaqqsa

    Hemm żewġ postijiet tal-parkeġġ għal persuni b’mobbiltà mnaqqsa wara l-binja ta’ Dar l-Istorja Ewropea. Il-viżitaturi li jużaw dawn l-ispazji għandhom juru baġġ valida mal-windscreen tagħhom, li turi li l-karozza tkun qed tintuża minn persuni b’mobbiltà mnaqqsa. Biex tasal sa dawn l-ispazji trid iddur bejn wieħed u ieħor fil-livell ta' 133 Rue Belliard, eżatt wara l-binja tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni f'99-101 Rue Belliard.

    House European History car parking space