Avviż legali
Avviż lill-utenti ta' dan is-sit ta' l-Internet
Il-konsultazzjoni jew l-użu ta' dan is-sit ta' l-Internet fi kwalunkwe lingwa timplika l-aċċettazzjoni sħiħa tal-kundizzjonijiet ġenerali msemmija hawn taħt.
Protezzjoni tad-'data' personali
Il-Parlament Ewropew jagħti ħafna importanza lir-rispett tal-ħajja privata ta' l-individwi. Il-politika dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward ta' l-ipproċessar tad-'data' personali mill-istituzzjonijiet u mill-organi Komunitarji hija bbażata għalhekk fuq ir- Regolament (KE) Nru. 45/2001 Regolament (KE) Nru. 45/2001
B' 'data' personali għandha tinftiehem kull informazzjoni rigward persuna fiżika identifikata jew li tista' tiġi identifikata; hija meqjusa bħala identifikabbli persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikulari permezz ta' numru ta' identità jew element speċifiku wieħed jew iktar marbuta ma' l-identità tagħha (ara Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru. 45/2001). Fil-prinċipju, l-aċċess għall-informazzjoni disponibbli fis-sit jew permezz tas-sit tal-Parlament Ewropew jseħħ mingħajr il-bżonn li tiġi fornita 'data' personali. Madankollu, sabiex jinkisbu servizzi online bħal pereżempju talba għal żjara lill-Parlament Ewropew, tressiq ta' petizzjoni, mistoqsija indirizzata lill-posta taċ-ċittadin, eċċ., huwa possibbli li tintalab informazzjoni personali, pereżempju d-dettalji personali (isem, professjoni, indirizz postali, indirizz ta' l-email, nazzjonalità, numru tat-telefown) meta tkun qed timtela formola. Il-persuna responsabbli mill-ipproċessar tad-'data' miżmuma tidher fir-reġistru għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Dan ir-reġistru huwa ġestit mill-persuna inkarigata mill-protezzjoni tad-'data'.
F'dan ir-rigward:
Il-Parlament Ewropew jiġbor biss informazzjoni personali meta dan ikun neċessarju sabiex jintlaħaq skop preċiż u ddeterminata mill-persuna responsabbli għall-ipproċessar għal kull servizz online. L-informazzjoni ma terġax tiġi użata għal skop li huwa inkompatibbli ma' dan ta' hawn fuq.
Il-Parlament Ewropew ma jqassamx informazzjoni lil persuni terzi ħlief jekk dan ikun neċessarju sabiex jintlaħqu l-iskopijiet indikati u biss lill-kategoriji ta' destinatarji msemmija. Il-Parlament Ewropew ma jqassamx id-'data' personali tagħkom għal skopijiet ta' studju dirett. Il-Parlament Ewropew jintrabat ukoll li jieħu l-miżuri ta' sigurtà adegwati sabiex persuni terzi ma jkunux jistgħu jużaw din id-'data' b'mod abbużiv.
Id-'data' ma tistax tinżamm ħlief għal dewmien li ma jmurx oltre n-neċessarju sabiex jintlaħqu l-iskopijiet li għalihom tkun ġiet miġbura.
Din id-'data' tista' tinżamm ulterjorment għal skopijiet storiċi, statistiċi jew xjentifiċi, mingħajr preġudizzju għal kull dispożizzjoni oħra tar-Regolament (KE) Nru. 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000.
Kull persuna kkonċernata għandha d-dritt għall-aċċess u għat-tibdil tad-'data' tagħha. Hija tista' wkoll titlob li jiġi protett l-ipproċessar tad-'data' tagħha f'ċerti ċirkostanzi kif ukoll li din id-'data' titħassar jekk hija tqis li din tkun ġiet ipproċessata illegalment. Fl-aħħarnett, hija tista' topponi li tiġi pproċessata d-'data' tagħha għal raġunijiet importanti.
Sabiex teżerċita d-drittijiet tiegħek jew tikseb xi informazzjoni ulterjuri, tista' tindirizza ruħek direttament lir-responsabbli għall-ipproċessar tad-'data'.
Inti tista' wkoll tikkonsulta l-persuna inkarigata mill-protezzjoni tad-'data' li, f'kull istituzzjoni Komunitarja, tara li l-ipproċessar ma jipperikolax id-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni kkonċernati, sabiex tikseb parir dwar l-operazzjonijiet ta' ipproċessar li jikkonċernawk jew li saru minnek.
Jekk inti tqis li d-drittijiet tiegħek ġew miksura minħabba pproċessar tad-'data' personali, tista' tippreżenta ilment lill-kontrollur Ewropew għall-protezzjoni tad-'data', li huwa l-awtorità indipendenti ta' kontroll. Id-deċiżjonijiet tal-kontrollur jistgħu jkunu l-oġġett ta' rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej.
Is-sit ta' l-Internet tal-Parlament Ewropew kultant iforni links għal siti oħra ta' l-Internet. Peress li l-Parlament Ewoprew ma jikkontrollax dawn ta' l-aħħar, nitednuk sabiex tivverifika l-politika tagħhom fir-rigward tar-rispett tal-ħajja privata.
Għal aktar informazzjoni ara:
Gwida tal-protezzjoni tad-dejta personali
Dritt ta' l-awtur
Il-kontenut ta' dan is-sit tal-Internet fih data testwali u elementi multimedjali bħal, pereżempju testi, tpinġijiet, grafika, logos, ikoni, immaġni, materjal audio u video, ritratti, programmi u t-teknoloġija deskritta, li huma protetti mid-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali u u internazzjonali applikabbli fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur.
Din id-data testwali u dawn l-elementi multimedjali huma l-proprjetà esklussiva rispettivament tal-Unjoni Ewropea rappreżentata mill-Parlament Ewropew u/jew tal-awturi u l-benefiċjarji tagħhom. Id-detenturi tad-dritt tal-awtur jaċċettaw li ma jidhirx isimhom jew kwalunkwe indikazzjoni oħra dwar l-elementi li huma jfornu lil dan is-sit tal-Internet.
L-utent jintrabat li jirrispetta d-dritt tal-awtur tal-Unjoni Ewropea u ta' terzi bla ħsara għad-drittijiet u l-eċċezzjonijiet previsti minn dispożizzjonijiet vinkolanti oħra.
Fil-prinċipju, l-użu mill-ġdid (riproduzzjoni jew użu) għal użu personali jew għal skopijiet ta’ xandir mill-ġdid, kummerċjali jew mhux, tad-data testwali u tal-elementi multimedjali li jappartjenu lill-Unjoni Ewropea (identifikati permezz tal-kliem "© Unjoni Ewropea, [sena/snin] – Sors: Parlament Ewropew"; jew "© Unjoni Ewropea, [sena/snin] – PE), kif ukoll dawk li jappartjenu lil terzi (© Sors estern, [sena/snin]) u li l-Unjoni Ewropea għandha drittijiet ta’ użu fir-rigward tagħhom, huwa awtorizzat fir-rispett tal-integrità tal-elementi riprodotti u bl-identifikazzjoni tas-sors. Madankollu, l-użu mill-ġdid ta’ ċerti elementi tista’ xi kultant tiġi suġġetta għal kundizzjonijiet differenti; f’dan il-każ, id-data tkun akkumpanjata b’referenza li tiċċara dawn il-kundizzjonijiet.
Ir-riproduzzjonijiet kollha parzjali tad-data jew tal-elementi multimedjali tas-sit għandha barra minn hekk tagħmel referenza għall-ħolqa “URL” tal-kontenut sħiħ jew tal-paġna sors tas-sit.
L-utent jimpenja ruħu li ma jħassarx jew jimmodifika l-ebda indikazzjoni ta' dan it-tip dwar l-awtur jew is-sors u li ma jippruvax jevita d-dispożizzjonijiet tekniċi għall-protezzjoni tad-dokumenti u tal-elementi multimedjali, bħar-restrizzjonijiet fuq l-istampar jew it-tniżżil mill-Internet u tagging viżibbli jew inviżibbli. Kull ksur jista' jwassal għal proċedimenti ċivili u penali.
It-traduzzjoni tat-testi jew tad-dokumenti f’lingwi li ma jkunux il-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali disponibbli fuq is-sit hija awtorizzata bir-riżerva li r-referenza għas-sors u l-avviż li ġej, tradotti fil-lingwa kkonċernata, jkunu jidhru b’mod viżibbli:
“Tradott mill-verżjoni oriġinali [il-lingwa għandha tiġi ppreċiżata] ppubblikata mill-Parlament Ewropew fuq is-sit elettroniku [il-URL tas-sit għandu jiġi ppreċiżat]: "© Unjoni Ewropea, [sena/snin] - Sors: Parlament Ewropew"; jew "© Unjoni Ewropea, [sena/snin] - PE", [Isem tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur tat-traduzzjoni] jassumi r-responsabilità sħiħa tat-traduzzjoni fi [il-lingwa tat-traduzzjoni għandha tiġi ppreċiżata]"
F'każ ta' dubju dwar l-identità tad-detenturi tad-drittijiet jew dwar il-kundizzjonijiet għall-użu ta' element partikulari, talba għal informazzjoni tista' tintbagħat lill-webmaster.
Minkejja riċerka fil-fond, huwa possibbli li l-Parlament Ewropew ma setax jidentifika ċerti awturi jew detenturi tad-dritt fuq dokumenti li jidhru fis-sit. Jekk inti wieħed minn dawn id-detenturi, jew jekk inti identifikajt detentur ta' dan it-tip, jew f'każ ta' żball min-naħa tagħna, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-webmaster.
L-użu tal-marki u tal-logos li jappartjenu lill-Parlament Ewropew
Il-marki europarl®, europarltv®, myeuroparl®, Parlamentarium® & ACT. REACT. IMPACT. ® u l-logo tal-Parlament Ewropew ma jistgħux jintużaw mingħajr il-kunsens minn qabel tal-Parlament Ewropew.
Limitazzjoni tar-responsabbiltà
Is-sit tal-Parlament Ewropew għandu l-għan li jippromwovi l-aċċess tal-pubbliku għal informazzjoni relatata ma' l-istituzzjoni nnifisha kif ukoll ma' l-attivitajiet tagħha.
L-objettiv tagħna huwa li nxerrdu informazzjoni kompleta, eżatta u aġġornata kemm jista' jkun. Malli jsir jaf b'dawn l-iżbalji, il-Parlament Ewropew ser jara li jagħmel dak kollu li jista' sabiex isiru l-korrezzjonijiet neċessarji. Huwa jista biss jitqies bħala responsabbli tad-danni li jirriżultaw mill-iżbalji tiegħu, taħt il-kundizzjonijiet previsti fl-aħħar paragrafu hawn taħt.
L-informazzjoni ppubblikata f'dan is-sit hija ta' natura ġenerali, u għalhekk ma nħalqitx biex jissodisfaw bżonn individwali. Hija għalhekk ma tikkostitwix parir professjonali u legali (jekk ikollok bżonn ta' parir speċiifiku, nistednuk tikkonsulta professjonista kkwalifikat kif xieraq).
Ċerta informazzjoni, inklużi l-interpretazzjonijiet ta' l-interventi, kif ukoll id-dokumenti disponibbli f'dan is-sit jew permezz tiegħu ma jistgħux jiġu kkunsidrati la bħala riproduzzjoni awtentika tat-testi uffiċjali u lanqas bħala rendikont eżatt tad-dibattiti parlamentari. Huma biss it-testi uffiċjali u ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea huma kkunsidrati bħala awtentiċi. F'każ ta' differenzi bejn il-verżjoni elettronika u t-test stampat, wieħed għandu joqgħod biss fuq it-test stampat uffiċjali u ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Bl-istess mod, wieħed jista' biss joqgħod fuq id-diskors oriġinali ta' l-intervenzjoni jew fuq it-traduzzjoni tiegħu.
Il-Parlament Ewropew ma jistax jitqies bħala li huwa responsabbli tad-danni diretti jew indiretti li jistgħu jirriżultaw mill-użu ta' dan is-sit. Aħna nagħmlu dak kollu li nistgħu sabiex ikunu llimitati kemm jista' jkun il-problemi maħluqa minn żbalji tekniċi. Ċerta 'data' jew informazzjoni ppreżentata f'dan is-sit jistgħu b'mod partikulari ma jkunux ġew maħluqa jew strutturati f'fajls jew f'formats mingħajr żbalji. F'dan il-każ, aħna ma nistgħux niggarantixxu li s-servizz ma jiġix imwaqqaf jew inkella jiġi affettwat minn dawn il-problemi. Il-Parlament Ewropew jiċħad ukoll kwalunkwe responsabbiltà f'każ ta' trażmissjoni difettuża tad-'data' minħabba l-bosta netwerks ta' l-Internet jew l-inkompatibilitajiet dovuti għan-navigatur ta' l-utent.
Il-Parlament Ewropew ma jistax jiggarantixxi l-affidabilità jew l-aġġornament tat-tagħrif li joriġina minn sorsi esterni li fih dan is-sit. L-informazzjoni f'dan is-sit kultant twassal għal links esterni li s-servizzi tal-Parlament Ewropew m'għandhom l-ebda kontroll fuqhom u għal dawn, huwa jiċħad kwalunkwe responsabbiltà.
Din il-limitazzjoni tar-responsabbiltà mhix maħsuba biex tillimita r-responsabbiltà tal-Parlament Ewropew li tirriżulta mill-Artikolu 340 TFUE.