Back to top

Kalendarju taż-żjajjar ta' nofsinhar għall-2023

AVVENIMENTI LI ĠEJJIN
28 Mar 2023 (12:15 - 13:00)
4 April 2023 (12:15 - 13:00)
11 April 2023 (12:15 - 13:00)
Tip ta' avveniment: 
Żjarat
Event Category: 
Our Events
Udjenza: 
Adulti , Żgħażagħ
Lingwa tal-avveniment: 
English

Marzu                    Ftit minn kollox       

Dan ix-xahar inkopru għadd ta' suġġetti differenti, mid-drittijiet tan-nisa għal-lingwi u l-letteratura fl-Ewropa.

15 ta' Marzu        L-integrazzjoni Ewropea; Nagħtu ħarsa lejn l-iżvilupp tal-integrazzjoni Ewropea sa mill-1989, u nippruvaw nispjegaw xi wħud mill-fenomeni politiċi fl-Ewropa tal-lum.

22 ta' Marzu        Il-letteratura fl-Ewropa; X'inhu r-rwol tal-letteratura fl-Ewropa, u x'inhu s-sinifikat kulturali tagħha?

29 ta' Marzu        Il-lingwi fl-Ewropa; L-Ewropa għandha aktar minn 300 lingwa u l-UE għandha 24 lingwa uffiċjali. Din id-diversità lingwistika xi tfisser għall-Ewropa?

April                       Minn kriżijiet għal premjijiet         

L-Ewropa għaddiet minn perjodi koroh u perjodi sbieħ. Dan ix-xahar qed inħarsu lejn l-istorja varjata tal-Ewropa u nesploraw il-problemi u s-suċċessi tagħha.

5 ta' April              Brexit; minn sħubija u ħruġ mill-UE u dak li jinsab bejniethom.

12 ta' April           Migrazzjoni; kif l-Ewropa laqgħet lill-migranti fil-passat u fis-sitwazzjoni tal-lum.

19 ta' April           Pandemiji; kif il-COVID-19 affettwa l-kontinent Ewropew? Għen biex tinħoloq Ewropa aktar soċjali u koeżiva fejn ngħinu lil xulxin?

26 ta' April           Finanzi; il-munita EURO rnexxielha twettaq il-wegħda tagħha bħala pass ta' integrazzjoni b'suċċess lejn suq Ewropew kompletament integrat? X'inhuma s-suċċessi u l-problemi tagħha?

Mejju                      IPPOŻA: KARTELLUNI

3 ta' Mejju            Wasal iż-żmien li nfittxu u nsibu l-kartelluni! Ejja u skopri l-kartelluni tagħna fil-wirja permanenti! Se niffukaw fuq il-kartelluni tal-GWERRA L-BIERDA biex nidentifikaw id-differenzi dwar kif ġew rappreżentati ċerti avvenimenti storiċi.

10 ta' Mejju         Iltaqa' mal-kuratur; Esplora l-wirja temporanja ġdida tagħna u aħtaf iċ-ċans li tistaqsi lil wieħed jew waħda mill-kuraturi tagħna dwar kif twaqqfet il-wirja!

17 ta' Mejju         Iltaqa' mal-kuratur; Esplora l-wirja temporanja ġdida tagħna u aħtaf iċ-ċans li tistaqsi lil wieħed jew waħda mill-kuraturi tagħna dwar kif twaqqfet il-wirja!

24 ta' Mejju         Iltaqa' mal-edukatur; Esplora l-wirja temporanja ġdida tagħna u aħtaf iċ-ċans li tistaqsi lil wieħed jew waħda mill-edukaturi tagħna dwar l-attivitajiet edukattivi li l-mużew joffri!

31 ta' Mejju         Iltaqa' mal-edukatur; Esplora l-wirja temporanja ġdida tagħna u aħtaf iċ-ċans li tistaqsi lil wieħed jew waħda mill-edukaturi tagħna dwar l-attivitajiet edukattivi li l-mużew joffri!

Ġunju                    Ċelebrazzjonijiet

F'Ġunju niċċelebraw il-Pride Month. Ejjew nagħtu ħarsa lejn ċelebrazzjonijiet u kisbiet oħra matul dan ix-xahar. Aqsam magħna ċ-ċelebrazzjonijiet tiegħek u dak li jagħmlek kburi.

7 ta' Ġunju           DAN HUWA L-PRIDE MONTH! Ejjew niċċelebraw il-kisbiet tal-moviment LGBTIQA. Fil-wirja tagħna se niffokaw fuq din l-istorja speċifika u jista' jkollna bżonn inżidu xi partijiet aħna stess!

14 ta' Ġunju        L-ARTI: ingħaqad magħna hekk kif ingawdu l-pjaċiri innovattivi u provokattivi tal-arti. Skopri kif l-Ewropej tal-passat gawdew u ċċelebraw l-arti u ejja niżfnu fuq l-imwejjed!

21 ta' Ġunju        Atmosfera tas-sajf: is-sajf kważi magħna! Ejja naraw kif l-Ewropej tal-passat gawdew is-sjuf tagħhom. Xiddu n-nuċċalijiet tax-xemx u l-malji tal-għawm!

28 ta' Ġunju        L-EURO: issa ilna 20 sena nħallsu bl-euro! Għadek tiftakar l-ewwel ħaġa li xtrajt bl-Euro? Ejjew għal darb'oħra nreġġgħu lura l-ħin u niskopru kif illum ħafna minna nħallsu bl-euro u għalfejn xi pajjiżi tal-UE ma jħallsux b'din il-munita.

Lulju                       Destinazzjoni mhux magħrufa

Aqbeż qabża fil-karozza u ddeċiedi liema belt Ewropea se nżuru! Lvant jew Punent, vaganza barra fit-tul jew qasira fejn toqgħod – l-għażla f'idejk!

5 ta' Lulju             eż. Brussell; Brussell, il-"belt kapitali" tal-Unjoni Ewropea! Iżda apparti milli hija s-sede tal-Parlament Ewropew, din il-belt antika għandha aktar x'toffri?

12 ta' Lulju          eż. Budapest; Budapest ma tinsabx biss fil-qalba tal-Ewropa, iżda kienet ukoll fiċ-ċentru ta' bosta ġrajjiet storiċi importanti. Ejja u skopri l-kultura u d-drama li sawru din il-belt kbira.

19 ta' Lulju          L-Iżvizzera; Inwittu t-triq għall-Alpi u għall-art ta' William Tell. Skopri ċ-ċikkulata, il-ġobon u l-arloġġ cuckoo – ejja ara x'toffri aktar l-Iżvizzera!

26 ta' Lulju          eż. Pariġi; Pariġi destinazzjoni perenni għall-Ewropej tul iż-żminijiet – darba wara l-oħra, nitilfu l-għaqal warajha din il-belt. Il-belt tal-imħabba, tal-kafejiet u tar-rivoluzzjonijiet tistenniena.

Awwissu              Lura għal għonq it-triq

Nippakkjaw il-bagalji, nerħulha għal għonq it-triq, naraw x'għandha x'toffri l-Ewropa, u ngħożżu t-tifkiriet sbieħ. Ejja u ara fejn, kif u għaliex l-Ewropej kienu jivvjaġġaw fl-imgħoddi.

2 ta' Awwissu     Tlaqna! Liema desitinazzjonijiet fl-Ewropa qed tistenna bil-ħerqa li żżur? Illum inżuru kemm jista' jkun postijiet Ewropej.

9 ta' Awwissu     Nippakkjaw għall-vaganzi; X'tieħu miegħek meta tmur vaganza? Inqallbu fil-wirja u nippakkjaw il-bagalji bl-affarijiet kollha li ma nistgħux ngħaddu mingħajrhom.

16 ta' Awwissu  Wasalna?; Ajruplani, ferroviji, karozzi u roti! Vjaġġ tul l-istorja tat-trasport u l-moviment liberu (jew in-nuqqas tiegħu).

23 ta' Awwissu  Tlaqna nduru dawra!; Jesploraw, jesperjenzaw u jieħdu gost! L-Ewropej minn dejjem kienu jqattgħu l-vaganzi bil-mod kif jagħmlu llum?

30 ta' Awwissu   Tiftakar meta...?; Liema tifkiriet u souvenirs kienu jżommu u jgħożżu l-Ewropej tal-imgħoddi? X'inhuma l-memorji li huma importanti għalik?

Settembru         L-ilwien tal-ħarifa

Il-ħarifa kważi magħna! Għalhekk ingħaqad magħna għal vjaġġ ikkulurit fil-mużew. Dan ix-xahar agħżel li ssegwi mogħdija ħamra, ħadra, kannella jew safra. Kull kulur jagħti perspettiva differenti fil-mużew.

6 ta' Settembru              Aħmar: skopri oġġetti differenti relatati mal-kulur aħmar fil-mużew. U iva, ilbes l-aħmar!

13 ta' Settembru            Aħdar: skopri oġġetti differenti relatati mal-kulur aħdar fil-mużew. U iva, ilbes l-aħdar!

20 ta' Settembru            Kannella: skopri oġġetti differenti relatati mal-kulur kannella fil-mużew. U iva, ilbes il-kannella!

27 ta' Settembru            Isfar: skopri oġġetti differenti relatati mal-kulur isfar fil-mużew. U iva, ilbes l-isfar!

Ottubru                Ideat, kunċetti u valuri

Għalkemm ħafna mill-oġġetti fil-wirja jistgħu jidhru bħala biċċiet tal-ħwejjeġ, ċekċik jew affarijiet personali oħra minsijin u insinifikanti, ilkoll jirrakkontaw parti minn storja usa' ta' ideat, kunċetti u valuri importanti. Fiż-żjarat ta' dan ix-xahar inħarsu lil hinn minn dawn l-oġġetti u niddiskutu l-istampa kollha.

4 ta' Ottubru       Skiet; F'dinja ta' storbju kostanti, infittxu stejjer dwar is-skiet fl-irkejjen kwieti tal-wirja... Shhh!

11 ta' Ottubru    Żmien; Agħmel vjaġġ fl-imgħoddi mbiegħed biex iġġedded il-mod kif taħsibha dwar l-arloġġi, il-kalendarji u saħansitra ż-żmien innifsu. Tluq fil-12.15 bumm!

18 ta' Ottubru    Tifkiriet u tnessija; Tajjeb li ninsew? Jew irridu niftakru biex nimxu 'l quddiem? Ingħaqad magħna għal diskussjoni dwar x'għandna nagħmlu bl-imgħoddi.

25 ta' Ottubru    Vjolenza; Bi tranżizzjoni għas-suġġett tax-xahar id-dieħel, ninvestigaw ir-rwol tal-vjolenza fl-istorja Ewropea moderna u r-relazzjoni tagħha mas-setgħa u mal-oppressjoni.

Novembru          Setgħa

Is-setgħa li tipproduċi. Is-setgħa li tfejjaq. Setgħa lill-poplu. Ħu brejk mir-rutina ta' kuljum u ġib l-enerġija minn dawn iż-żjarat dwar in-natura varjata tas-setgħa.

1 ta' Novembru             Il-Mużew magħluq.

8 ta' Novembru             Riżorsi umani u dawk naturali; L-enerġija u x-xogħol, mill-iskjavitù għall-qgħad. Niddiskutu l-iżvilupp tas-setgħa u l-awtomatizzazzjoni u s-sinifikat tagħhom għall-Ewropej u d-dinja ta' madwarhom.

15 ta' Novembru           Imbarazz!; Nagħtu ħarsa lejn il-ħafna affarijiet li nwarrbu. X'inhu l-iskart? Kif jaffettwa d-dinja tagħna? U fejn insibuh fil-mużew?

22 ta' Novembru           Doża tajba; M'intix tħossok f'sikktek? Ordni tat-tabib: dur dawra mal l-istorja tal-kura tas-saħħa u l-mediċina fl-Ewropa, minn Eastman għall-mediċina soċjalizzata.

29 ta' Novembru            Ġustizzja; Xi tfisser għalik il-ġustizzja? L-Ewropej tal-imgħoddi kellhom l-istess valuri tiegħek jew kienu jemmnu affarijiet totalment differenti? Niddikjaraw is-seduta miftuħa!

Diċembru:          Dlam u dawl

Dan ix-xahar nagħtu ħarsa lura fuq is-sena li waslet biex tintemm. X'tip ta' sena kienet? Pożittiva? Negattiva? Ejja u ddiskuti magħna.

6 ta' Diċembru                Żminijiet mudlama; F'din iż-żjara naraw xi wħud mill-agħar ġrajjiet li għexu l-Ewropej matul is-seklu 20.

13 ta' Diċembru             Żminijiet imdawla; Niċċelebraw Jum id-Drittijiet tal-Bniedem u l-progress li sar fil-ħarsien tad-drittijiet tan-nisa, it-tfal u l-minoranzi.

20 ta' Diċembru             Ħarsa lura fuq l-2021; Nagħtu ħarsa oġġettiva lejn dak li ġara fl-2020, minn perspettiva Ewropea. Kienet sena ta' progress? Nogħdsu fl-istorja u fl-isfond tal-ġrajjiet tal-lum fl-Ewropa.

27 ta' Diċembru             Il-Mużew magħluq.